“Flok keċċieh imbuttah ‘il quddiem”

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa insult għal kull min hu kburi li hu Malti li l-Prim Ministru Joseph Muscat għażel lil Konrad Mizzi biex imexxi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-Enerġija.
Fi stqarrija, il-PN qal li isem Malta għax se jkun imtamppan, għax fi kliemu, Konrad Mizzi huwa “involut fl-akbar skandlu ta’ korruzzjoni internazzjonali.”
Ikompli jgħid li dan jikkonferma d-dgħufija tal-Prim Ministru li flok keċċa lil Konrad Mizzi, kompla jimbuttah ‘il quddiem.
Dan kollu jindika li Muscat “hu mdeffes magħhom u allura ma jista’ jagħmel xejn.”
Il-PN qal li l-Poplu Malti u Għawdxi huwa kburi bil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jixraqlu li jkun immexxi minn “politiċi serji u nodfa.”