FLIMKIEN, ħarġa tal-Milied fuq Newsbook.com.mt

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika stejjer li għandu l-magazin FLIMKIEN.

Flimkien Dicembru

Read in English.

Il-ħarġa tal-Milied tal-magazin popolari FLIMKIEN issa tinsab fuq Newsbook.com.mt. Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazin maħruġ mill-kappillani Maltin. Għal numru ta’ ġranet il-qoxra tal-magazin se tkun qed tidher ma’ xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menu li hawn in-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menù li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazin.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazin FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazin u tkunu tistgħu taqrawh.

  • Ma għadux ifittixni iżjed. Il-psikologu Dott. Nicholas Briffa jiddiskuti problema komuni bejn il-miżżewġin.
  • Veru li l-Maġi kienu 12? Artiklu interessanti mimli tagħrif dwar stejjer marbuta ma’ żmien il-Milied.
  • Tommy ma jridx jaħsel snienu. Joyce Caruana tkompli s-sensiela tagħha dwar it-tfal.
  • Il-konvenju. In-Nutar Dott. Ryan Caligari jwieġeb mistoqsijiet dwar dan is-suġġett.
  • X’taf dwar il-Milied? Kwizz li jista’ jsir mill-familja kollha

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.

Flimkien Dicembru