‘Flimkien fil-Kulturi’ fl-iskola medja ta’ Bormla

L-għan ta’ dan l-avventiment kien li listudenti jkunu esposti għal diversi lingwi, jesperjenzaw, japprezzaw u jgawdu attivitajiet relatati ma’ kulturi differenti.

F’dil-ġurnata saru bosta peparamenti min-naħa tal-staff kollu u talistudenti nfushom biex ittellgħu wirjiet u attivitajiet li huma marbutin mal-lingwi mgħallma f’din l-iskola, li huma l-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Ġermaniz, l-Għarbi u ċ-Ċiniz. Fost id-diversi wirjiet l-istudenti raw mill-qrib oġġetti li jiffurmaw lidentitajiet minn pajjizi differenti u l-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Ġew eżibiti oġġetti tradizzjonali bħal spiritieri, kejl, borom antiki, ilbies, prodotti ta’ ikel ta’ kull pajjiż, souvenirs u oġġetti oħra.

Għadd ta’ studenti taw sehemhom f’żfin fuq il-palk principali tal-iskola b’mużika b’varjetà ta’ lingwi, quddiem id-diversi mistiedna u studenti tas-seba’ u t-tmien sena.

Għal dan l-avveniment attendew numru ta’ ambaxxaturi u uffiċjali edukattivi.

Din l-attività seħħet bħala parti miċċelebrazzjonijiet tas-Sena Ewpropea tal-Wirt Kulturali.