Fliexken tal-ilma aktar komdi biex iġġorrhom

San Michel ħabbar li beda jimmanifattura l-ilma fil-flixken tat-33cl.
Il-kumpanija tax-xorb qalet li d-deċiżjoni li tibda timmanifattura fliexken iżgħar ittieħdet wara li rċeviet kummenti minn diversi parteċipanti tal-Maratona ta’ Malta u attivitajiet simili.
Żiedet tgħid li dan il-flixkun se jkun aktar konvenjenti għal ħafna nies, fosthom atleti u saħansitra studenti, li issa l-flixkun tal-ilma jkun jista’ joqgħod ukoll fil-kaxxa tal-ħobż tal-iskola.
Kelliema għall-kumpanija qalet li dan il-flixkun mhux se jieħu post il-flixkun tal-500ml.