Flett tal-majjal bl-immarinar balsamiku

Ingredjenti

nofs kikkra ħall balsamiku

nofs kikkra żejt taż-żebbuġa

bżar u melħ

900g flett tal-majjal

Metodu

Ħallat flimkien il-ħall balsamiku, iż-żejt taż-żebbuġa u l-bżar u l-melħ.

Poġġi l-majjal f’botża tal-plastik li tingħalaq sew. Ferrgħa t-taħlita tal-ħall u ż-żejt fil-borża, oħroġ arja kemm tista’, agħlaqha tajjeb u ħalli timmarina għal matul il-lejl.

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F).

Oħroġ il-majjal mill-borża flimkien mal-immarinar u poġġi fuq dixx. Aħmi fil-forn. Xi kultant itfa’ ftit mill-immarinar fuqil-laħam. Sajjar għal madwar siegħa sakemm tara li l-laħam sar sew.

Ħalli l-laħam jistrieħ 10 minuta qabel tisslajsjaħ u sservi.