F’lejl il-qaddisin kollha: Abbatini jiġbru l-ikel

Read in English.

Gruup ta’ abbatini minn Santa Venera qattgħu l-festa tal-qaddisin kollha jiġbru ikel għal familji fil-bżonn. Din l-inizjattiva ġiet organizzata mill-Abbatini Karmelitani Parrocca Santa Venera għal-lejl li fih isir il-Halloween.

F’post fuq Facebook bir-ritratt tagħhom, l-abbatini dehru kuntenti mdawwrin bl-ikel li ġabbru għal min hu inqas ixxurtjat minnhom.

Din l-opra tajba kienet imfaħħra minn għadd ta’ persuni li kkummentaw u qalulhom prosit. Spikkaw diversi kummenti fosthom ta’ persuna li rringrazzjat lill-Kappillan ta’ din l-inizjattiva. Spjegat kif b’dan l-għemil l-abbatini qed jagħtu eżempju b’dak li għamlu.

Apparti l-abbatini ta’ Santa Venera, grupp ta’ tfal oħra f’Bormla għamlu ġest simili. Mirea, Sirea, Naomi u Destiny qattgħu s-serata jħabbtu l-bibien biex jiġbru ikel għal minn għandu bżonn.

Grazzi dawk kolha li min qalbom ghamlu Dan il gest bormlizi b qalb kbira li minflok morna nigbru f isem dlam gbarna f…

Posted by Charlene Grech on Thursday, October 31, 2019