Flejjes mir-Renju Unit għall-għajnuna fis-Sirja aktarx “marru” għand it-terroristi

Il-Gvern Sirjan issospenda proġett ta’ għajnuna mir-Renju Unit wara li investigazzjoni mill-BBC Panorama allegatament sabet li dawn il-flus kienu qed imorru għand it-terroristi fl-istess pajjiż li ilu mifni bil-gwerra kważi 7 snin.
Dawn huma wħud mill-allegazzjonijiet tal-BBC Panorama lil Adam Smith International (ASI), il-kumpanija li ilha tmexxi dal-proġett mill-2014:

  • Il-Pulizija ħadmu ma’ qrati li jgħaddu sentenzi eżekuttivi, ngħidu aħna meta darba ordnaw li jitħaġġru 2 nisa għall-mewt
  • Uffiċjali jitħallsu sabiex jgħaddu dawn il-fondi lill-estremisti
  • Pulizija partikulari jintgħażlu speċifikament mill-estremisti
  • Il-Pulizija taparsi qed tinvestiga persuni li fil-verità nstab li ilhom mejta jew lanqas biss jeżistu

Sadanittant, kelliem għall-Gvern tar-Renju Unit qal li se jittattraw dawn l-allegazzjonijiet b’serjetà liema bħalha, filwaqt li l-ASI ċaħdet bil-qawwa dawn l-akkużi.
Ir-Renju Unit hu wieħed minn 6 pajjiżi li jmexxu dal-proġett, u fost l-oħrajn jibagħtu pulizija ċivili mhux armati fl-inħawi miżmuma mir-ribelli, bħal Aleppo, Idlib u Daraa.
Il-Pulizija, imsemmija Free Syrian Police, twaqqfet sabiex tiġġieled il-forzi tal-oppożizzjoni fis-Sirja.
F’każ minnhom investigat mill-BBC Panorama, hemm għassa partikulari li skont il-kumpanija kellu jkellha 57 uffiċjal, iżda nstab li ma kien hemm xejn, filwaqt li xorta l-paga kienet qed toħroġ.