Flapjacks tal-ħafur (oats)

Ingredjenti

175g zokkor

150g butir

3 mgħaref golden syrup

kuċċarina bicarbonate of soda

200g dqiq plain

200g ħafur (oats tal-porridge)

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ

F’borma fuq nar moderat dewweb il-butir. Żid iz-zokkor, il-golden syrup u l-bicarbonate. Imbagħad żid id-dqiq u l-ħafur. Ħawwad tajjeb.

Ifrex f’dixx tal-forn midluk bil-butir u sajjar għal bejn 20-30 minuta sakemm jieħdu kulur dehbi.

Ħalli jibred u wara aqta’ f’biċċiet kwadri.