Fl-Urugwaj tgħaddi l-mozzjoni favur id-dħul tal-marjuana

Il-Parlament fl-Urugwaj għadda mozzjoni biex tiġi legalizzata l-marjuana. Jekk din il-liġi tgħaddi mis-senat, l-Urugwaj isir l-ewwel pajjiż li jirregola l-produzzjoni, distribuzzjoni u l-bejgħ tal-marjuana.

Din il-miżura qed issib l-appoġġ tal-President Jose Mujica. Huwa qed jinsisti li jekk din id-droga tiġi legalizzata, ikun qed jitnaqqas il-profitt ta’ min jitraffika d-droga filwaqt li n-nies żżomm lura minn droga iktar qawwija.

Jekk din il-liġi tgħaddi, allura l-marjuana tkun tista tinbiegħ biss mill-gvern. Dan hekk kif se jkun il-Gvern li jikkontrolla l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tkabbir u kultivazzjoni u l-bejgħ kummerċjali tagħha.

Dawl li jkunu iridu jixtru din id-droga, iridu jirreġistraw mal-Gvern u jrid ikollhom aktar minn 18-il sena. Kull persuna se titħallha tixtri sa 40 gramma kull xahar minn spiżeriji b’liċenzja apposta.