Fl-Ukraina, offensiva mir-ribelli toqtol 30 persuna

Fl-Ukraina, 30 persuna tilfu ħajjithom wara serje ta’ attakki mill-ajru fuq il-belt ta’ Mariupol. 
L-Ukraina qed titfa l-ħtija fuq ir-ribelli favur ir-Russja, iżda s-separatisti qed jgħidu li kienu l-Forzi Ukreni li wettqu l-attakk. 
L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-kooperazzjoni fl-Ewropa, qalet li l-attakki waslu minn żoni fejn hemm dominanza ta’ ribelli. 
Sadanittant, is-sigurtà Ukrena ippublikat dawk li qed tgħid li huma messaġġi bl-awdjo bejn is-separatisti ribelli. 
Allegatament huma jinstemgħu jitkellmu dwar l-attakk fuq Mariupol. 
L-awtentiċità ta’ dawn il-messaggi għadha ma ġietx ivverifikata.