Fl-Iżvizzera 3 persuni nqatlu wara sparar ġo fabbrika

Fl-Iżvizzera tliet persuni nqatlu u oħrajn indarbu serjament wara li persuna sparat tiri ġo fabbrika f’Lucerne, li fiha jinħadem l-injam.

L-isparar seħħ f’canteen għall-ħabta tad-disa ta’ filgħodu.

L-Iżvezzera huwa t-tielet l-iktar pajjiż li fih in-nies għandhom snieter. Kull raġel bejn it-18 u l-34 sena jingħata senter jew pistola wara li jservi fil-militar.

Minkejja li l-vjolenza fit-toroq hija baxxa, il-vjolenza domestika u r-rata ta’ suwiċidi b’armi tan-nar huma għoljin meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra Ewropej.