Fl-ITU ta’ Mater Dei qed jiżdiedu 44 sodda

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li bħalissa qed isiru kl-aħħar preparamenti biex jiżdiedu 44 sodda mal-81 sodda li diġà huma lesti f’każ li jiżdiedu l-każijiet ta’ emerġenza minħabba l-coronavirus.

Fuq Twitter huwa qal ukoll li din iż-żieda mistennija twassal biex f’Mater Dei ikun hemm total ta’ 125. Huwa fakkar kif qabel din il-pandemija f’Mater Dei kien hemm 20 sodda fis-sala tal-ITU.

Huwa ħeġġeġ biex kulħadd jibqa’ ġewwa biex jibqa’ sigur u b’hekk dawn is-soddod jibqgħu vojta.

Dalgħodu l-Professur Charmaine Gauci qalet li tul l-aħħar 24 siegħa kien hemm 4 persuni li ttestjaw pożittivi għall-virus bi tlieta minnhom ikunu fiċ-ċentru ta’ Ħal Far. Hija qalet ukoll li kien hemm 8 persuni li rkupraw u għaldaqstant in-numru ta’ persuni mfejqa tela’ għal 99 persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn