Fl-Italja tinstab l-ikbar miżbla illegali fl-Ewropa

Fit-tramuntana ta’ Napli, beda t-tħaffir f’dik li qed titqies bħala l-ikbar miżbla illegali fl-Ewropa. Fiha nstabu kimiċi perikolużi, plastik u materjal tal-kostruzzjoni midfuna f’żona kbira daqs 30 grawd tal-futbol.
Kelliem għall-pulizija ambjentali qal li materjal perikoluż li beda ħiereġ fil-wiċċ tal-art minn kontenituri li kienu ndifnu fil-ħamrija.
Hu maħsub li n-nies taż-żona kienu jafu x’kien għaddej, iżda ħadd ma tkellem meta l-mafja bdiet tieħu ħsieb l-iskart.
It-tħaffir fil-miżbla beda wara xogħol li għamel ġurnalist li ħa filmati mill-ajru u ħaffer l-art fejn sab li l-ħamrija kienet blu jew roża.
Hu mifhum li aktar minn 20 sena ilu, membru tal-mafja kien stqarr mal-pulizija li kien qed jintrema’ l-iskart b’mod illegali fir-reġjun.
Ir-residenti issa qed jitolbu li ssir investigazzjoni dwar it-tip ta’ skart mormi u x’riskji joffri għal saħħithom.