Fl-Italja: Tarbija abbandunata minħabba kundizzjoni tal-ġilda

Tarbija ta’ erba’ xhur ġiet abbandunata f’isptar f’Turin minħabba li għandha kundizzjoni ġenetika tal-ġilda rari. It-tifel bl-isem ta’ Giovannino ma jistax joqgħod fix-xemx minħabba li l-ġilda tiegħu hija wisq fraġli. Minħabba din il-kundizzjoni t-tarbija titrabbhielha ġilda ħoxna ma’ ġisimha kollu u normalment ma jirnexxilhomx jgħixu ħajja twila.

Il-ġenituri tat-tifel abbandunawh hekk kif saru jafu b’din il-kundizzjoni li għaliha s’issa għad m’hawnx kura u tinvolvi ħafna ħin ta’ kura. Hekk kif din l-istorja ħarġet fil-pubbliku ħafna kienu dawk li wrew l-interess li jaddottaw lill Giovannino.