Fl-Italja s-Senat jibda jiddiskuti l-liġi tal-unjoni ċivili

Fl-Italja, is-Senat se jkompli jiddiskuti l-ġimgħa d-dieħla l-abbozz ta’ liġi dwar l-unjoni ċivili qabel jittieħed vot.
Din il-liġi, imbuttata mill-Partito Democratico ta’ Matteo Renzi, tinkludi l-parti kontroversjali dwar l-adozzjoni ta’ tfal tar-rispett mill-ġenitur mhux bijoloġiku fi ħdan il-koppja omosesswali u anke l-kiri tal-ġuf.
Il-liġi qed issib oppożizzjoni qawwija minn partiti taċ-ċentru lemin fosthom tan-Nuovo Centro Destra li tiegħu l-kap hu Ministru fil-Gvern ta’ Renzi.
Ftit jiem ilu, anke l-President tal-Konferenza Episkopali Taljana, il-Kardinal Angelo Bagnasco, saħaq li l-enfasi għandha tkun fuq id-drittijiet tal-ulied, li huma vulnerabbli, mhux tal-ġenituri.
Nhar is-Sibt, Ruma tfakkar il-Jum tal-Familji fejn madwar miljun ruħ huma mistennija joħorġu fit-toroq f’dimostrazzjoni favur il-familja tradizzjonali.