Fl-Italja mietu 8 persuni taħt id-19-il sena mill-bidu tal-pandemija

FILE PHOTO: REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

L-Istitut tas-Saħħa fl-Italja (ISS) u s-Soċjetà tal-Pedjatrija Taljana (SIP) ikkonfermaw li tmint itfal u żgħażagħ tilfu ħajjithom s’issa fl-Italja wara li kienu pożittivi għall-coronavirus. Dawn it-tfal u ż-żgħażagħ kollha kellhom taħt id-19-il sena. Fl-Italja s’issa kien hemm iktar minn 52,000 persuna tilfu ħajjithom.

It-total ta’ persuni pożittivi fl-Italja s’issa huwa ta’ 1,509,875, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 29,003 persuni u mietu 822 persuna.

L-Erbgħa nstabu pożittivi 25,853 persuna filwaqt li mietu 722. Sal-Ħamis, in-numru ta’ persuni li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensive kien ta’ 3,846 persuna.

Sal-Ħamis kien hemm 34,038 persuna fl-isptarijiet.