Fl-Italja llum u għada l-elezzjonijiet ġenerali

Fl-Italja, illum il-Ħadd u għada t-Tnejn, it-Taljani se jmorru jivvutaw f’elezzjoni bikrija, li tista’ tiddeċiedi jekk l-Italja tibdiex it-triq ta’ titjieb fl-ekonomija tagħha jew tkaxkar l-Ewropa f’riskju ta’ kriżi oħra.

Mal-50 miljun persuna huma ntitolati jivvutaw. L-elezzjoni se ssir xahrejn qabel ma’ kellha ssir wara li l-Partit Popolo della Liberta ta’ Silvio Berlusconi neħħa l-appoġġ tiegħu lejn il-gvern teknokratiku ta’ Mario Monti.

Berlusconi wiegħed li jreġġa lura wħud mir-riformi u miżuri ta’ awsterità mwettqa minn Monti li mhux popolari mal-votanti.