Fl-Italja l-partit fil-Gvern maqsum dwar il-liġi tal-unjoni ċivili

Fl-Italja l-partit fil-Gvern inqasam fi tliet sezzjonijiet minħabba l-liġi dwar l-unjoni ċivili li l-Partit Demokratiku jrid itella’ fil-Parlament sa ġimagħtejn oħra.
Hemm oppożizzjoni qawwija mhux biss miċ-ċentru-lemin imma wkoll mill-Kattoliċi fi ħdan il-PD li qed jinsistu, b’mod speċjali, kontra l-klawsola li tippermetti l-adozzjoni tal-ulied ta’ wieħed miż-żewġ persuni li jkunu jiffurmaw il-koppja tal-istess sess.
Matteo Renzi qed jinsisti li l-liġi tmur għall-vot minkejja li tnejn mit-tliet fazzjonijiet tal-partit tiegħu qed jinsistu jew għal emendi inkella biex titneħħa għal kollox din il-kawsola.
Il-Gvern Taljan wiegħed vot ħieles hekk kif mhux eskluż li ċ-ċentru-lemin jiġbor firem kontra l-liġi.