Fl-Italja kkonfiskat trakk bi 800 senter għall-Belġju

Pulizija fin-naħa ta’ fuq tal-Italja kkonfiskaw 800 senter li kienu qed jinġarru fi trakk mit-Turkija lejn il-Belġju.
Għalkemm bl-importazzjoni tal-armi, ma nkisru ebda regoli tal-kummerċ, it-trakk u x-xufier li daħlu bihom fil-port, ma kellhomx il-permessi meħtieġa.
It-trakk hu rreġistrat l-Olanda.
Mill-attakki ta’ Pariġi l-Italja saħħet il-kontrolli tagħha f’portijiet u ajruporti.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministri tal-Affarijiet Barranin fl-UE qablu li jżidu s-sigurtà u jaqsmu l-informazzjoni biex jiġġieldu t-traffikar illegali ta’ armi.