Fl-Italja kelb pożittiv għall-Covid-19; “M’hemm l-ebda periklu”

Kelb-Bari-coronavirus

Fl-Italja ġie rreġistrat l-ewwel każ pożittiv tal-coronavirus fuq kelb f’Bari bl-awtoritajiet jinsistu li ma hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-bnedmin.

Siti tal-aħbarijiet fl-Italja rrappurtaw li l-każ instab f’Bari meta l-kelb ġie ttestjat minħabba li l-familja li jinsab magħha rriżultat pożittiv. Jidher ukoll li l-kelb mhux sintomatiku għall-virus.

Nicola Decaro, professur tal-mard infettiv fl-Università ta’ Bari spjega li kien grazzi għall-familja li ppermettiet li l-kelb jifforma parti minn proġett ta’ riċerka li qed isir fuq klieb u qtates. Spjega li dan huwa l-ewwel kampjun li nstab b’infezzjoni.

Stqarr li ma hemm l-ebda periklu u ried jagħti assigurazzjoni wkoll lil dawk li għandhom annimali domestiċi d-dar.