Fl-Italja dawn l-aħħar 10 ijiem mietu 27 tabib minħabba l-Covid

    DOCTORS AND NURSES OF THE INTENSIVE CARE HOSPITAL, FIGHTING COVID-19 EMERGENCY IN PESARO - ITALY. THEY ARE PORTRAITED AT THE END OF THEIR LONG WORKSHIFT. 12 HOURS WITH NO DRINK AND NO TOILETBREAK, DUE TO THE PROTECTIVE SUIT THEY WEAR. THE SIGNS ON THEIR FACE ARE CAUSED BY THE MASKS THEY HAVE TO WEAR TO PROTECT THEMSELFES FROM COVID VIRUS. IN THE PICTURE: Annalisa Silvestri, Doctor anaesthetic

    Read in English.

    Il-kap tal-federazzjoni Taljana tat-tobba (FNOMCEO) Filippo Anelli qal li s’issa mietu 27 tabib f’dawn l-aħħar għaxart ijiem, kważi tlieta kuljum filwaqt li talab sabiex jintemm dak li huwa qed sejjaħ bħala “massakru ta’ l-innoċenti.”

    Mill-1 ta’ Ottubru, kompla Anelli, mietu wkoll 37 ħaddiem ieħor fil-qasam tas-saħħa.

    “F’din it-tieni mewġa ta’ COVID, qed terġa’ tkun il-mediċina u l-qasam tas-saħħa li qed ikollhom iħallsu l-ogħla prezz,” kompla jgħid.

    Anelli qal li se jitlob lill-Ministru tas-Saħħa Roberto Speranza sabiex jibda’ jwettaq monitoraġġ tar-riskji li qed ikollhom jaffaċċjaw il-professjonisti kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.