Fl-Italja: Bars u ristoranti sas-6pm; iċ-ċinema u l-gyms jingħalqu

Fl-Italja daħlu aktar miżuri restrittivi hekk kif il-pajjiż qed jiġġieled l-imxija tal-Covid-19. Fost dawn il-miżuri hemm li r-ristoranti u l-bars għandhom jieqfu jservu fis-6pm.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conti daħħal restrizzjonijet ġodda wara li l-pajjiż kellu għadd rekord ta’ każijiet. Hu kellu oppożizzjoni mill-mexxejja reġjonali u kien hemm diversi protesti fit-toroq.

B’din il-miżura ġdida, iċ-ċinema, teatri, gyms u l-pixxini jridu jkunu magħluqin. Din ħa tidhol fis-seħħ minn għada t-Tnejn sal-24 ta’ Novembru. Ir-ristoranti u bars mhumiex ħa jservu wara s-6pm.

Dan seħħ wara li s-Sibt instabu kważi 20,000 każ ġdid ta’ coronavirus. L-iskejjel ħa jibqgħu miftuħin, iżda 75% tal-lezzjonijiet għall-istudenti fl-università se jkunu online. Il-pubbliku hu avżat biex jevita transport pubbliku u ma jivjaġġax distanzi twal.

Dawn il-miżuri gew imħabbra ftit sigħat wara li kien hemm numru ta’ protesti f’Ruma. Dawn ipprotestaw minħabba r-restrizzjonijiet ġodda u ġew maħruqa xi sufarelli waqt il-protesta.

Skont il-Ministru għas-Saħħa Taljan sa issa ġew irreġistrati aktar minn 500,000 każ u 37,000 mejta.