Fl-Italja: 30 feruti f’ħabta b’tal-linja

Fl-Italja, madwar 30 passiġġier weġġgħu wara li l-karozza tal-linja li kienu fuqha daħlet f’siġra.

Il-każ seħħ fil-provinċja ta’ Pescara. Disgħa mill-midruba ttieħdu fi sptarijiet f’Pescara u fi Chieti permezz ta’ ambulanza tal-ajru. Madwar 15 oħra weġġgħu ħafif.

L-agħar qagħda hija dik ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li siequ nqabdet bejn żewġ pjanċi tal-metall.