Fl-Italja: 2,500 persuna pożittiva għall-Covid-19 f’ġurnata

coronavirus italy
Reuters

Read in English.

Matul l-aħħar 24 siegħa fl-Italja ġew irreġistrati 2,548 persuna pożittiva għall-Covid-19.

Din hija l-ewwel ġurnata mill-aħħar t’April li ġew irreġistrati aktar minn 2,000 f’ġurnata waħda.

Matul il-ġurnata tal-Ħamis ġew irreġistrati 24 mewta oħra relatati mal-coronavirus. Matul Marzu u April in-numri kienu inqas minn dak li ġie rreġistrat illum.

L-Italja kienet waħda mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li ntlaqtet minn dan il-virus. Fil-kontinent Ewropew minn Frar s’issa kien hemm 35,918-il mewt.