Fl-Istati Uniti: Jinstab katavru ta’ tifla li kienet nieqsa

Il-Pulizija ta’ South Carolina fl-Istati Uniti qalu li l-Ħamis sabu ġisem ta’ tifla ta’ sitt snin li ġiet irrapurtata nieqsa t-Tnejn li għadda.

Kelliem għad-Dipartiment tas-Siġurtà Pubblika qal li l-Ħamis instab ġisem ta’ tifla li ġie wara li ġie idetifikat irriżulta li kien ta’ Faye Marie Swetlik, tifla ta’ sitt snin. L-Uffiċjal qal li l-pulizija qed tittratta dan il-każ bħala omiċidju. S’issa l-ebda arrestati ma saru relatati ma’ dan il-każ. Il-Pulizija qalu wkoll li fit-tfittxija għat-tifla sabu raġel mejjet madankollu l-investigazzjoni dwar dak il-każ kienet fil-bidu.

Swetlik rritornat id-dar mill-iskola t-Tnejn u kienet qed tilgħab fil-bitħa quddiem id-dar. Il-ġenituri rrealizzaw li t-tifla ma kinitx għadha hemmhekk għall-ħabta tal-3.45pm u t-tfittxija għaliha mill-Pulizija bdiet għall-ħabta tal-5pm.