Fl-Istati Uniti aktar nies qed jitilqu l-fidi kattolika

Knisja Kattolika vojta fi New York

Fl-2007 il-Kattoliċi kienu jagħmlu 24% tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti. Dan il-perċentaġġ niżel għal 21% fl-2014 hekk kif il-kattoliċi abbandunaw ir-reliġjon tagħhom b’rata akbar minn dawk li ħallew reliġjonijiet oħra.

It-tħassib qed ikompli jikber minħabba l-iskandli riċenti tal-abbużi sesswali minn membru tal-kleru u allegazzjonijiet li l-Knisja ħbiet dawn l-iskandli.  Dan qed iwassal biex aktar Kattoliċi jitbiegħdu  mill-Knisja.

Fl-istess ħin, aktar kattoliċi qed jikkonvertu għal reliġjonijiet oħra. 13% ta’ adulti li jgħixu fl-Istati Uniti u trabbew f’familji kattoliċi issa mxew lejn il-Protestanteżmu jew qed jabbandunaw ir-reliġjon għal kollox.

Skont rapport li għadu kif kien pubblikat, madwar 51 miljun adult fl-Amerika għadhom jidentifikaw lilhom infushom bħala Kattoliċi.  Fl-Amerika hemm aktar minn 17,000 parroċċa.

Mill-popolazzjoni Kattolika Amerikana, 60% huma ta’ karnaġjon ċar, 33% huma ta’ ġilda skura. Minn dawn tal-aħħar hemm nurmu sostanzjali ieħor li qed jersqu lejn il-fidi nisranija.

Ġeografikament, il-Kattoliċi huma mifruxa sewwa mal-pajjiż kollu għalkemm fl-Istati tan-naħa t’isfel hemm xi ftit aktar konċentrazzjoni ta’ Kattoliċi. Ir-rapport iżid jgħid li ktar Kattoliċi Amerikani iħossu li l-Knisja għandha bżonn tibdel xi ftit mill-politika tagħha fosthom li tħalli saċerdoti jiżżewġu.

Hekk kif it-tendenza fid-dinja qed timxi biex taċċetta ħwiġijiet bejn koppji tal-istess sess, nofs dawk li ħadu sehem fis-survey li minnu kien kompilat ir-rapport qalu li jħossu li l-Knisja Kattolika għandha tibda tiċċelebra ż-żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess kemm jekk irġiel kif ukoll jekk nisa.