Għargħar fl-Iskozja: maltemp iħalli ħerba

Twitter: ScotRail

Fl-Iskozja qed issir ħidma intensiva biex jitnaddfu l-binarji tal-ferrovija wara li għamel maltemp kbir u ħalla ħerba warajh. Il-binarju maġġuri bejn Edinburgh u Glasgow kellu jingħalaq minħabba li l-mina ta’ Winchburgh għerqet bl-ilma. Riżultat għal dan, passiġġiera fuq ħames ferroviji differenti spiċċaw maqbuda fihom għal numru ta’ sigħat.

Il-kumpanija ScotRail qalet li l-ilmijiet kienu qed jgħattu l-binarji u ma kellhomx ħinijiet preċiżi għal kemm se ddum biex terġa’ tinfetaħ il-mina. Din il-problema qed taffetwa s-servizzi tal-ferrovija tal-madwar.

Persuni li s-soltu jużaw dawn ir-rottot biex jaslu għax-xogħol qed ikunu mitluba biex isibu rottot alternattivi biex imorru minn post għall-ieħor.