Fl-Iraq tibda l-ikbar ħidma militari kontra l-ISIS

Fl-Iraq bdiet l-ikbar ħidma militari s’issa kontra l-Istat Iżlamiku hekk kif is-suldati Kurdi mill-art qed jaħdmu flimkien ma’ dawk Amerikani mill-ajru biex jirbħu lura l-belt ta’ Sinjar fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.
L-għan hu li, jekk il-belt terġa’ tiġi f’idejhom, jitterrompu passaġġ importanti għall-Istat Iżlamiku li ilu jokkupa din il-belt għal 15-il xahar.
B’kollox qed jieħdu sehem 7,500 suldat mill-art, minbarra dawk bl-attakki mill-ajru.
Ilbieraħ, fis-Sirja, is-suldati tal-armata tal-Gvern irnexxielha tirbaħ lura bażi militari li kienet ilha f’idejn l-Istat Iżlamiku għal iktar minn sena