Fl-Iran: Terremot joqtol sitta

Fl-Iran, terremot b’qawwa ta’ 5.8 fuq l-Iskala Richter qatel mill-inqas sitt persuni u weġġa’ iktar minn 300 persuna.

Skont il-midja tal-istat tal-pajjiż, it-terremot laqat il-Belt ta’ Asbforushan fis-2.17am. It-terremot kien segwit minn aktar minn 60 theżżiża.

Iċ-Ċentru Sismoloġiku Ewropew-Mediterranju (EMSC) qal li t-terremot inħass minn madwar 20 miljun persuna.

Fl-2003, terremot b’qawwa ta’ 6.6 f’Kerman, belt fil-viċin, kien qatel 31,000 persuna.

Aqra: Terremot fl-Italja; ħadd ma weġġa’