Fl-Ingilterra; 4 ġuvintur jeħlu 71 sena ħabs għax qatlu ġuvni

Tliet subien ta’ 15-il sena u ġuvni ta’ 19-il sena li sawtu tifel ieħor għall-mewt, waqt li iffilmjaw il-mewta tiegħu fuq Snapchat, weħlu total ta’ 71 sena ħabs.

Cemeren Yilmaz, 16, inqatel fuq ġenb ta’ triq f’Bedford, Bedfordshire, f’Settembru li għadda wara li ġie mdawwar minn tliet membri ta’ gang rivali u kuġinuhom.

Meta inqatgħatilhom il-kundanna, l-imħallef qal li hija sfortuna li jseħħu każijiet bħal dawn minħabba rivalità bejn gruppi fit-toroq. Huwa tkellem ukoll dwar kemm hi komuni li gruppi bħal dawn ikollhom fuqhom armi.

L-imħallef qal li l-attakk fuq Cameren beda mill-erba’ ġuvintur għax ħassew li kien waqqagħhom għaċ-ċajt dak il-lejl.