Fl-Ingilterra: Tifel ta’ 13-il sena arrestat fuq suspett ta’ qtil

Sky News

Tifel ta’ 13-il sena huwa fost tliet persuni li ġew arrestati wara li mara inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’Northamptonshire ġewwa l-Ingilterra.

It-tifel u raġel ta’ 27 sena qed jinżammu fuq ssuspettati bi qtil.

Minkejja li rċeviet għajnuna mill-paramediċi, il-vittma mietet fuq il-post.