Fl-Ingilterra: Tfajla ta’ 16-il sena tinqatel fuq tal-linja

Christina Edkins, tfajla ta’ 16-il sena dalgħodu nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina meta kienet fuq karozza tal-linja fiċ-ċentru ta’ Birmingham, hi u sejra għall-iskola.

Jidher li l-qattiel ta’ Christina hu ġuvni ta’ karnaġġjon skura fuq l-20 sena.

Il-passiġġieri li kienu fuq tal-linja għalxejn tawha l-ewwel għajnuna għaliex it-tfajla mietet ftit sekondi wara l-aggressjoni, li ġrat fis-7.30 ta’ filgħodu.

It-tim mediku li wasal fuq il-post ma seta’ jagħmel xejn ħlief li jiċċertifikaha mejta.

Il-pulizija Ingliża jidher li arrestat ġuvni ta’ 22 sena li ġab ruħu b’mod suspettuż meta raha lill-Pulizija. Minkejja dan l-arrest, xorta waħda se tkompli qed tfittex u tagħmel itkar rondi fl-inħawi.