Fl-Ingilterra: tarbija teħlisha ħafif hekk kif karozza toqtol lil ommha

Missier ta’ tarbija spiċċa waħdu wara li kien involut f’inċident fejn omm it-tarbija ġarbet ġrieħi gravi u mietet. Charlie Ashley ta’ 25 sena kien miexi mal-għarusa tiegħu ta’ 23 sena. Magħhom kellhom lit-tarbija tagħhom ta’ ftit xhur. Minn imkien tfaċċat karozza li baqgħet dieħla fuq l-omm u t-tarbija.

Għalkemm il-missier prova jidħol bejn il-karozza u l-għarusa tiegħu, l-inċident ħalla l-omm tal-post filwaqt li t-tarbija salvat u ttieħdet għal aktar kura l-isptar.