Fl-Ingilterra pulizija sospiż wara ħabta ma’ karozza misjuqa minn Nani

Fl-Ingilterra, il-pulizija ta’ Manchester qalu li ssospendew sewwieq li kien pulizija wara li kien hemm ħabta ma’ karozza li kien qed isuq il-plejer tal-Manchester United Nani. L-inċident seħħ il-ġimgħa wara nofsinhar.

Il-pulizija qalu li karozza tas-servizz li ma’ kinitx mmarkata kienet qed twieġeb għal sejħa għall-għajnuna u kienet qed tinsaq fi triq f’Gatley f’Stockport.

Għal xi raġuni l-karozza tal-pulizija ħabtet ma’ karozza li kienet qed tinsaq minn Nani.

Uffiċjali qalu li passiġġier fil-karozza tal-pulizija sofra minn ġrieħi ħfief u kien hemm ħsarat żgħar fiż-żewġ karozzi. Skont kelliem għal-pulizija, is-sewwieq ġie sospiż minn dmirijiet relatati mas-sewqan kif inhi l-proċedura normali.