Fl-Ingilterra; ħalliet tarbija waħedha għal 15-il siegħa

Omm, l-Ingilterra, ħalliet lit-tarbija tagħha ta’ 18-il xahar waħedha għal 15-il siegħa biex ħarġet ma sħabha. Is-Social Workers sabu lit-tarbija waħedha hekk kif marru fuq jaraw l-omm mingħajr ma avżawha.

L-Omm ingħatat 12-il xahar ħabs, sospiża għal sentejn flimkien ma’ programm ta’ riabilitazzjoni. Fil-qorti, l-imħallef qalilha li l-fatt li ħalliet lit-tarbija għal dak it-tul ta’ ħin, imur kontra l-istint tal-omm li tixtieq il-ġid lit-tarbija.

Hija kienet qed tgħix waħedha mat-tarbija wara li ingħatatilha care order minħabba li sofriet minn relazzjoni abbużiva.