Fl-Ingilterra ċifra rekord ta’ persuni impjegati bi ftit flus

Fir-Renju Unit, stħarriġ ippublikat mill-fondazzjoni Resolution tindika li mal-5,000,000 persuna huma impjegati bi ftit flus. Din hija ċifra rekord. 
Fil-ġranet li għaddew, eluf ta’ persuni pprotestaw f’Londra minħabba l-paga, li fi kliemhom hija miżera. 
Ir-rapport jghid li din il-problema hija serja iktar milli wieħed jista’ jaħseb.
Dan għaliex, minn studju li sar, ħareġ li l-problema hija li ġa la darba dawn il-persuni jkunu f’dan it-tip ta’ impjieg, huwa diffiċli ħafna biex isibu xogħol aħjar.
Persuna minn kull erbgħa, ilha 5 snin bl-istess rata fis-siegħa mingħajr bdil ta’ xejn.