Fl-Ingilterra: Arrestat wara li beżaq fuq pulizija u qallu li għandu l-coronavirus

Raġel ta’ 48 sena ġie arrestat f’Nottinghamshire fl-Ingilterra, il-Ħamis wara li beżaq fuq pulizija. Ir-raġel qal li għandu s-sintomi tal-coronavirus.

Ir-raġel se jkun akkużat li offenda uffiċjal li pubbliku. Il-pulizija ta’ Nottinhanshire qalet li r-rispons tan-nies biex iżommu d-distanza kien wieħed fenominali.

Żiedet li l-Gvern daħħal liġi li kull min ma jimxix ma’ dawn il-liġijiet jista’ jiġi mmultat. Madankollu insistiet li din se tkun qed tintuża biss f’każijiet ta’ eċċezzjoni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn