Fl-Indoneżja: Terremot qawwi; residenti jitilqu minn djarhom

Fl-Indoneżja terremot ta’ 7.4 fuq l-iskala Richter laqat 83 mil fil-Majjistral tal-belt ta’ Ternate. It-terremot seħħ għall-ħabta tal-11.15pm ħin lokali.

L-Aġenzija tal-Meteoroloġija Indoneżjana ħarġet twissija ta’ allert ta’ Tsunami li ta’ mhux iktar minn 50 ċentimetru. Minkejja l-livell baxx tal-ilma kien hemm paniku kbir fost ir-residenti li telqu minn djarhom.

Diversi residenti spjegaw li d-djar bdew jarawhom jiċċaqalqu. Kien hemm oħrajn li spjegaw li t-terremot kien qawwi u dam għal ammont ta’ ħin.

Il-Metro TV qal li xi residenti ħarbu lejn art ogħla fil-Moluskas tat-Tramuntana.