Fl-Indja eluf ta’ persuni evakwati minħabba ċiklun

Aktar minn mitejn elf persuna fl-Indja kienu evakwati wara li ċiklun enormi ħakem il-bajja ta’ Bengal lejn il-kosta tal-lvant. Iċ-ċiklun Phailin ikkategorizzat bħala qawwi ħafna minn bassara tat-temp, mistenni li s-Sibt filgħaxija jolqot l-istati ta’ Orissa u Andhra Pradesh. Id-dipartiment meteoroliġiku bassar li din il-maltempata se żżid il-forza tar-riħ b’220 kilometru fis-siegħa.

Ċiklun qawwi li seħħ fl-1999 f’Orissa kien ħa l-ħajja ta’ aktar minn 10,000 persuna bid-differenza li issa skont uffiċjali jinsabu ppreparati għalih aħjar. Minkejja dan kollu tbassir maħruġ minn ċentru ta’ twissija fil-Hawaii sostna li mistennija rjieħ qawwija li jlaħħqu forza ta’ 269 kilometru fis-siegħa