Fl-Indja arrestati ħames persuni b’rabta ma’ stupru ta’ Fotografa

Il-ħames persuni li kienu mfittxija mill-Pulizija Indjana b’rabta mal-Istupru ta’ Fotografa ta’ 23 sena nqabdu, hekk kif illum kien arrestat l-aħħar suspettat.

Huwa nstab fil-kapitali Indjana Delhi u kien meħud lura f’Mumbai fejn sar l-istupru.

L-istupru seħħ nhar il-Ħamis li għadda meta l-Fotografa ġiet stuprata waqt li kienet qed tiġbed xi ritratti f’żona industrijali ta’ Lower Parel, li tinsab fil-parti storika tal-belt ta’ Mumbai.

L-ewwel suspetatt, ġuvni ta’ dsatax-il sena kien arrestat il-Ġimgħa filgħaxija u matul il-ġurnata tas-Sibt kienu arrestati żewġ persuni oħra.

F’kummenti li tat lill-midja, l-Fotografa qalet li tinsab ħerqana biex tmur lura għax-xogħol u filwaqt li saħqet li l-istupru mhux it-tmiem ta’ ħajjitha qed tinstenna piena stretta mal-akkużati.