Fl-Għid ifiequ 28 pazjent ieħor

Miguela Xuereb

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li fiequ 28 pazjent ieħor bil-coronavirus. B’hekk it-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 44 persuna.

Huwa temm dan il-messaġġ qasir fuq Facebook billi uża l-hashtags #Stayin #Staysafe f’appell biex il-pubbliku jibqa’ ġewwa f’din il-ġurnata ta’ festa.

Dan wara li l-Ġimgħa saru ammont rekord ta’ testijiet u lbieraħ l-ammont ta’ persuni nfettati bil-virus tela’ għal 370 każ.