Fl-ewwel kummenti tiegħu, Dr Muscat jirringrazzja lil Dr Gonzi

Fl-ewwel kummenti tiegħu, l-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat irringrazzja lil Dr Lawrence Gonzi għal dak kollu li għamel għall-poplu Malti. F’kummenti mal-istazzjon televiżiv nazzjonali, Dr Muscat sostna li se jmexxi bħala moviment u għalkemm hemm stil ġdid ta’ tmexxija, fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin, pajjiżna għandu jirritorna għan-normal.

Il-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta Dr Joseph Muscat mistenni jżur iċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar għall-ħabta tas-sagħtejn.