Fl-ewwel ġurnata: Biden jisma’ quddiesa u jżur il-qabar ta’ ibnu

Joe-Biden1

Fl-ewwel ġurnata tiegħu bħala President elett, Joe Biden attenda għall-quddiesa ddedikata lil San Ġużepp ħdejn id-dar tiegħu f’Wilmington, Delaware.

Wara l-quddiesa Biden żar iċ-ċimiterju fejn ibnu Beau jinsab midfun. Beau Biden miet fl-2015.

Diversi siti tal-aħbarijiet Amerikani qalu li Biden mhux mistenni jagħmel dehra pubblika oħra l-Ħadd.

Intant, Biden u l-Viċi President elett Kamala Harris niedew ukoll websajt hekk kif għaddejjin il-preparamenti tal-proċess ta’ transizzjoni. Is-sit jinkludi erba’ prijoritajiet tal-amministrazzjoni li jmiss: COVID-19, l-irkupru ekonomiku, ekwità razzjali u t-tibdil fil-klima.