“Fl-Ewropa 1 minn kull 4 f’riskju tal-faqar” – Il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet kif wieħed minn kull erba’ fl-Ewropa hu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Irrimarkat li din hi r-realtà li qed ngħixu fiha llum.
Il-President Coleiro Preca kienet qed titkellem waqt konferenza fi Brussell, bl-isem ta’ The Europe 2020 Poverty Target: Lessons Learned and the Way Forward Conference.
Fid-diskors tagħha, il-President qalet li l-faqar mhux biss jibqa’ jippersisti fostna, iżda hu problema li dejjem tibqa’ tikber fl-Ewropa. Sostniet li din hi sfida li l-ħin kollu hi għaddejja, bħalma hi l-isfida għad-demokrazija, għall-ġustizzja soċjali, għal edukazzjoni aħjar u għal servizzi ta’ saħħa; b’hekk biss wieħed jista’ jissalvagwardja l-valuri soċjali tal-Ewropa.
Żieded tgħid li temmen li rridu nifhmu li l-faqar mhux kwistjoni individwali, familjari jew komunitarja, imma għandu l-għeruq tiegħu fl-inġustizzji politiċi, soċjali u ekonomiċi.
 
Ritratti: DOI – Reuben Piscopo