Fl-eqqel tas-sajf jiżdiedu l-inċidenti; agħti d-demm!

Filwaqt li ħafna jaħtfu l-opportunità biex igawdu l-baħar tul ix-xhur tas-sajf, f’dan iż-żmien jiżdied l-ammont ta’ inċidenti relatati mal-baħar. B’konsegwenza ta’ dan, tiżdied id-domanda għad-demm.

F’dawn ix-xhur tas-sajf il-bank tad-demm jitlob lil dawk kollha li jistgħu, jagħtu d-demm. B’hekk il-bank ikun jista’ jassigura li s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfussjoni tad-demm ikun f’pożizzjoni li jipprovdi lil dawk fil-bżonn bid-demm meta jkollhom bżonn.

Wieħed jista’ jagħti d-demm:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Guardamanġia li jiftaħ kuljum mit-8am, bl-aħħar dħul isir fis-6pm.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar il-Ħadd 5 t’Awissu se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8.00, bl-aħħar dħul isir fis-1pm.

Huwa importanti li wieħed iġib miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan, jew passaport Malti; u idealment lil xi ħbieb jew kollegi biex jagħtu d-demm huma ukoll!