Fl-Eġittu, arrestat gwida suprema tal-fratellanza Musulmana

Fl-Eġittu, l-Gwida Suprema tal-Fratellanza Musulmana, Mohamed Badie, kien arrestat u tressaq quddiem il-qorti akkużat b’omiċidju volontarju, b’terroriżmu u li ħeġġeġ il-vjolenza.

Miegħu qed ikunu mressqa wkoll, 12-il diriġent tal-istess Fratellanza akkużati li r-reżistew lill-awtorita’ u li ffurmaw milizzji waqt il-protesti ħorox li seħħew fis-sit tal-Fratellanza Musulmana f’Giza.

Dan l-inċident seħħ f’Lulju li għadda.