‘Fl-ebda ċirkustanza mhu se nibdel fehemti’

Il-Prim Ministru Joseph Muscat enfsizza li ebda ċirkustanza mhi se tibdillu fehemtu, u mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
L-aħħar mistoqsija li Dr. Andrew Azzopardi żamm għal Muscat fil-program ta’ llum Għandi xi Ngħid kienet propju dwar jekk hux se jibqa’ jew le bħala Prim Ministru ta' Malta wara dawn l-għaxar snin, jew jekk hemmx xi ċirkustanza li tista' tbiddillu fehemtu.
Hawnhekk Muscat ikkjarfika li hu kien diġà qal li beħsiebu jagħmel leġiżlatura fl-Oppożizzjoni u tnejn oħra fil-Gvern.
Huwa u jistaqsi din il-mistoqsija lill-Prim Ministru, Dr. Azzopardi għamel osservazzjoni personali, jiġifieri li sakkem jibqa’ hemm Muscat il-Partit Laburista se jibqa’ jirbaħ.
Mandankollu żied jgħid li dan se jiddiskutuh wara li Muscat jispiċċa it-terminu tiegħu.