Fl-Awstrija: midfun f’valanga għal 5 sigħat, jinstab ħaj

Membri tas-salvataġġ fil-muntanja Awstrijaka sabu raġel midfun fis-silġ. Il-membri ddeskrivew din is-sejba bħala miraklu tal-Milied. Ir-raġel spiċċa midfun taħt il-borra wara li kien hemm valanga. Hu dam ħames sigħat midfun.

Il-pulizija rċivew telefonata ftit qabel l-04:00pm f’Jum il-Milied. Il-persuna li ċemplet qalet li r-raġel ta’ 26 sena kien għadu ma rritornax id-dar wara l-iskijjar. Ir-raġel irnexxielu jaqbad mal-iskijer permezz tal-mowbajl iżda kulma seta jisma kien tħaxwix.

L-iskijer mitluf instab madwar sagħtejn wara.

Il-membri ta’ salvataġġ intraċċawh taħt metru ta’ borra grazzi għar-riċevitur elettroniku li kellu l-iskijer.

Ankogel, fejn bosta jmorru jiskijjaw, intlaqat minn tliet valangi nhar il-Ħamis. Valanga laqtet ukoll waħda mill-inżul tal-iskijjar f’Andermatt fl-Isvizzera. Erba’ persuni rnexxielhom joħorġu waħedhom, iżda ntbagħtu 60 persuna tas-salvataġġ biex jagħtu l-għajnuna.

Grazzi għal din il-ħidma ġew salvati żewġ persuni oħra.