Fl-Awstralja: żifna tiswielhom l-impjieg

Fl-Awstralja, 15–il ħaddiem f’minjira tad-deheb tkeċċew mix-xogħol wara li żifnu il-‘Harlem Shake’.

Wieħed mill-ħaddiema mkeċċi stqarr li mhux min għamel iż-żifna biss ġie mkeċċi, iżda wkoll min waqaf biex jarahom.

Kompla jgħid li l-ħaddiema neżaw il-flokkijiet biex ma jidhirx l-isem tal-kumpanija.

Il-kumpanija Barminco, qalet li dawn tkeċċew minħabba li jrid jinżamm livell għoli ta’ sigurtà. Hu maħsub li dawn il-ħaddiema kellhom paga ta’ għexieren t’eluf tal-Ewro.

B’ reazzjoni għal din l-aħbar, bdiet paġna fuq facebook bħala sapport għall-ħaddiema.