Fl-Awstralja tammetti li kienet ta’ appoġġ għat-terroriżmu

Anke fl-Awstralja għaddejja ħidma kontra l-Istat Iżlamiku.
Din id-darba, mart estremista mill-iktar magħruf, ammettiet li tat sostenn lit-terroriżmu barra l-pajjiż.
Fatima Elomar, ta’ 31 sena, ammettiet li kienet se tidħol f’pajjiż barrani bil-għan li tinvolvi ruħha f’attivitajiet ostili.
Hi kienet inqabdet fl-ajruport ta’ Sydney, f’Mejju li għadda, hi u tipprova titla’ fuq titjira internazzjonali.
Fil-bagalja kellha flus kontanti, ħwejjeġ camouflage u prodotti mediċi.
Żewġha, Mohammed, mar fis-Sirja mbagħad fl-Iraq fl-2013 biex jingħaqad mal-Istat Iżlamiku.